Il-President Tal-MFA B’Messaġġ Ta’ Kuraġġ Lil Maya Lucia

 Il-President Tal-MFA B’Messaġġ Ta’ Kuraġġ Lil Maya Lucia

Il-President tal-MaltaFA Bjorn Vassallo it-Tlieta tard filgħaxija żar il-ground tal-Imġarr fejn iż-żagħżugħa Maya Lucia reġgħet kienet fl-azzjoni għat-tim tagħha Raiders Għargħur, ironikament kontra l-istess Mosta li kontrihom inqala l-kjass ta’ nhar il-Ħadd, dakinhar f’logħba mill-Kampjonat U19, illejla kampjonat tan-Nisa tal-kbar.

Qabel il-partita z-zewġ timijiet fetħu banner kbir bil-hastags #notinmyname #notoracism, qabel mal-President Vassallo ħareġ ikellem lil dawk li zammew il-banner li magħhom kien hemm Maya kif ukoll l-uffiċjali tal-logħba.

F’kummenti wara dan il-ġest simboliku lill-istazzjon Nazzjonali, l-President tal-MFA Bjorn Vassallo, tenna li bil-flokk tat-Timijiet Nazzjonali għandha players ta’ kuluri, reliġjon u twemmin differenti, li izda huma lkoll maqgħudin f’għan wieħed li jxejru l-bandiera Maltija bi qlubija u kburija.

Reġa ħeġġeġ kontra d-diskriminazzjoni fil-logħba s-sabiħa li hija ta’ kulħadd u mingħajr l-ebda preġudizzji u/jew forom ta’ razzizmu.

Qabel il-bidu tal-logħba ż-żewġ timijiet anke nizlu għarkuptejhom bħala ġest simboliku u wara l-inċident tal-Ħadd, kif ilu jiġri f’pajjizi oħra fuq quddiem ir-Renju Unit, ġest bħala parti mill-kampanja #BlackLivesMatter u spirat wara l-qtil brutali fl-Istati Uniti ta’ George Floyd mill-pulizija Amerikana f’Mejju li għadda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com