Fis-Sena Tal-Pandemija: Approvati 190 Proġett Li Se Joħolqu 1,900 Impjieg Ġdid

 Fis-Sena Tal-Pandemija: Approvati 190 Proġett Li Se Joħolqu 1,900 Impjieg Ġdid

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fis-sena tal-pandemija, Malta approvat total ta’ 190 proġett industrijali li mistennija joħolqu aktar minn 1,900 impjieg b’investiment ta’ €140 miljun.

Dr Abela ħabbar dan waqt fi tmiem ta’ Business Breakfast bit-tema Prosperità Ġdida. Huwa nnota li bħala medja, kull jumejn fis-sena tal-pandemija Malta Enterprise approvat proġett ġdid.

Il-Prim Ministru żied jgħid li s-suċċess ekonomiku li ksibna s’issa, anke f’nofs pandemija, xorta m’huwiex bizzejjed, għalkemm huwa tajjeb li bqajna nsostnu t-tajjeb li nkiseb fis-snin riċenti.

“Ejja ma nħallux lill-pandemija tillimitana fil-viżjoni tagħna, fl-ambizzjoni tagħna, fl-ottimiżmu tagħna, irridu nħarsu lejn prosperità ġdida u sostenibbli għall-pajjiżna u għall-poplu tagħna”, qal il-Prim Minsitru.

Dr Abela spjega li din il-prosperità l-ġdida hija bbażata fuq ħames pilastri ewlenin li fuqhom hija bbażata l-politika ekonomika ta’ dan il-Gvern. Dawn il-pilastri huma l-governanza, il-kwalità tal-ħajja, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-ambjent.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com