Il-Pubbliku Malti Huwa Mistenni Jirċievi L-Appuntament Għat-Tilqima Bejn L-Aħħar T’April U Mejju

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne lill-ġurnal Times of Malta fejn stqarr li l-aħħar grupp se jkun offrut il-vaċċin fil-qofol tal-istaġun tar-Rebbiegħa.
B’hekk dan ikun ifisser li sal-aħħar tas-sajf ikollna herd immunity għall-Covid-19.
Sal-aħħar ta’ Jannar mistennija jingħataw 16,000 vaċċin oħra li b’kollox, b’dawk li ngħataw s’issa jkunu jammontaw għal 20,000 vaċċin.