Illejla Tasal F’Malta L-Ewwel Konsenja Tal-Vaċċin Tal-Moderna

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li llejla ser tasal l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Moderna; l-ewwel pajjiż fl-Ewropa. Fearne qal kif madwar id-dinja, pajjiżi jħarsu lejna u jitolbuna biex ngħinuhom.
Huwa żied jgħid li sa Mejju se nkunu laqqamna lil kull min hu vulnerabbli f’dal-pajjiż. Qal li sa Settembru se nkunu laqqamna żewġ terzi tal-poplu biex ikollna ‘herd immunity’.
Huwa ħabbar ukoll li l-Gvern se jkun qed jagħfas biex jiġu vaċċini oħra biex sas-sajf li ġej ikollna l-ħajja lura għan-normal u nieħdu r-ruħ.