Illum Ħafna Jibdew Id-Dieta…
Wara l-festi, donnu kulħadd jibda jissikka ftit il-ħwejjeġ wara tant ikel li jkun ittiekel fix-xahar ta’ Diċembru. U din is-sena, għandna iżjed x’nissikkaw minħabba li s-sena 2020 offrietilna sfidi strambi bil-pandemija tal-Covid-19.
Bosta jibdew il-mixi, inaqqsu l-ikel, jirritornaw lejn il-gym u anke jqassmu l-ħlewwiet li jkunu qalgħu fl-istaġun.
Dan ma jgħoddx għal kulħadd għax sar hawn aktar kuxjenza; kemm fuq il-figura u anke fuq is-saħħa u ssib ħafna nies li jkunu kapaċi jibbilanċjaw fil-festi u jieklu dak il-ftit ħelu mingħajr ma jesaġeraw.
Iżda mhux kulħadd l-istess! L-importanti huwa li nagħmlu kuraġġ u naraw li nieklu ikel nuttrittiv u tajjeb għas-saħħa. L-iżjed importanti hija li nżommu f’moħħna s-saħħa.
Però huwa jum ħelu dan tal-lum, għaliex fuq facebook donnu jkun il-jum nazzjonali tad-dieta!
Ritratt: VitaCost