“Illum Ippreżentajt L-Ittra Ta’ Riżenja Tiegħi Minn Kummissarju…” – Oliver Scicluna
“Aktar kmieni llum ipprezentajt l-ittra ta’ rizenja tieghi minn Kummissarju ghad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilità, biex aktar tard illum inkun nista’ nieħu l-ġurnament bħala Membru tal-Kamra tad-Deputati.”
Hekk stqarr Oliver Scicluna li llum ser jinħatar membru parlamentari fi ħdan il-Partit Laburista. Ħa l-okkażjoni jirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Kummissjoni fejn saħaq li fl-aħħar snin ħadmu qatigħ miegħu biex flimkien, kienu ta’ servizz għall-persuni b’Diżabbilità u l-familji tagħhom.
“Bħala persuna b’Diżabbilità żgur mhux forsi ser ikolli s-settur fuq l-aġenda tiegħi u kif qdejt dmirijieti fl-aħħar snin mingħajr ma ħarist lejn uċuħ, l-istess ħa nkun qiegħed nagħmel”, temm jgħid Scicluna.