Illum Joe Biden Jinħatar Uffiċjalment President Tal-Istati Uniti – X’Se Jiġri?

 Illum Joe Biden Jinħatar Uffiċjalment President Tal-Istati Uniti – X’Se Jiġri?

Illum għall-ħabta tas-6p.m. ħin ta’ Malta Joe Biden jieħu l-ġurament bħala s-46 President tal-Istati Uniti fl-inawgurazzjoni li se ssir quddiem Capitol Hill f’Washington DC taħt sigurta’ stretta.

Din id-darba, minħabba r-rewwixtii li kien hemm fis-6 ta’ Jannar u l-pandemija tal-Covid-19 l-inawgurazzjoni se tkun miftuħa biss għal 2,000 persuna u hemm aktar minn 25,000 truppi tal-Gwardja Nazzjonali se jkunu madwar żoni diversi f’Washington biex jikkontrollaw u jimmitgaw r-riskji tal-inawgurazzjoni

Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tibda fl-4:30p.m. b’Biden u l-viċi president li jmiss Kamala Harris jieħdu l-ġurament tal-ħatra għall-ħabta tas-6p.m.

Trump ikkonferma li mhux se jattendi għall-ġurament ta’ Biden. Il-Viċi President Mike Pence se jkun preżenti.

Ilbieraħ mal-wasla tiegħu f’Wshington DC, Joe Biden u Kamala Harris sellmu lil aktar minn 400,000 persuna li mietu fil-pandemija tal-Covid-19 billi nxtegħlu 400 bozza tul in-National Mall.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com