Illum Kien Imiss Lill-PM Biex Jilqa’ L-Istedina Ta’ Naomi Pace Gasan

 Illum Kien Imiss Lill-PM Biex Jilqa’ L-Istedina Ta’ Naomi Pace Gasan
“Wara li f’lejlet il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabbiltà stedint lil Naomi Pace Gasan tqatta’ ġurnata miegħi, illum ilqajt l-istedina li kienet għamlitli biex inżur l-iskola tagħha fil-Wardija”, kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu.
Ftit ilu, Naomi qattgħet jum mal-Prim Ministru fejn saħansitra għamlitlu wkoll intervista. Illum Naomi dawret lil Robert Abela; Prim Ministru ta’ Malta maċ-Ċentru ta’ Riżorsa Dun Manwel Attard u wrietu kif tqatta’ l-jum tagħha.
Tenna li ħa gost jisma’ kif l-amministrazzjoni u l-istaff jaħdmu id f’id biex joffru lill-istudenti l-aħjar esperjenza edukattiva tant bżonnjuża biex jgħixu ħajja indipendenti bi prospetti wkoll ta’ xogħol addattat.
Mument ħelu iżda iżjed minn hekk, ta’ valur u pożittività. Prosit Naomi, nammirawk!
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com