Imħabbra Skema Ta’ €2.2 miljun Biex Tgħin Lil Sidien Ta’ Barijiet U Każini

 Imħabbra Skema Ta’ €2.2 miljun Biex Tgħin Lil Sidien Ta’ Barijiet U Każini

Tnediet skema ta’ €2.2 miljun li ser tkun qed tgħin lil sidien ta’ barijiet u każini li kellhom jibqgħu magħluqin minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19.

L-iskema hija mmirata sabiex tagħti għajnuna finanzjarja lil stabbilimenti li jaqgħu taħt tliet kategoriji li jinkludu barijiet kummerċjali, barijiet li jiffurmaw parti minn każin, u każini li mhumiex politiċi.

Il-barijiet kummerċjali li għandhom liċenzja mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jistgħu japplikaw għal massimu ta’ €2,870.00, barijiet li jiffurmaw parti minn għaqda jew każin sa massimu ta’ €1,860.00, u l-għaqdiet kollha l-oħra li huma reġistrati mal-Kummissarju tal-Pulizija bl-eċċezzjoni tal-każini politiċi, jistgħu japplikaw sa massimu ta’ €1,260.00.

Dan l-inċentiv għall-kategoriji msemmija ser ikun qed ikopri l-perjodu ta’ bejn it-28 ta’ Ottubru 2020 u it-28 ta’ Frar 2021, l-istess żmien li fih dawn l-ażjendi kellhom jibqgħu magħluqin minħabba restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija tal-COVID-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com