Immultat €50,000 Wara Li Ammetta Tbagħbis F’Logħob Tal-Futbol

 Immultat €50,000 Wara Li Ammetta Tbagħbis F’Logħob Tal-Futbol

Rudgear Scerri ta’ 21 sena minn Ħal Qormi ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li kien jirranġa logħob marbut mat-team tal-futbol ta’ Ħ’Attard. Huwa ġie mmultat iħallas €50,000.

Huwa kien ġie arrrestat wara li l-Pulizija waslitilha informazzjoni dwar tbagħbis fil-logħob tal-futbol. Kien hawn li l-Pulizija wettqet rejd fir-residenza tiegħu fejn instabu bejn €20,000 u t-€30,000 fi flus kontanti.

Fid-deċiżjoni tagħha, Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea qieset l-ammissjoni bikrija u l-kondotta nadifa tiegħu u kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €50,000 li jitħallsu f’pagamenti ta’ kull xahar.

Il-Qorti rrimarka dan li dan reat serju li jdgħajjef il-kompetittività sportiva.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com