In-Nies Isaqsuh X’Inhu Ministeru Għar-Riċerka U L-Innovazzjoni? Il-Ministru Owen Bonnici Jispjega
“Xi kultant in-nies ġenwinament issaqsini – imma Ministeru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għala hu bżonnjuż? Jew aħjar, x’inhu Ministeru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni?”
Hekk kiteb il-Ministru Owen Bonnici fuq facebook fejn tenna li huwa fid-dover li jispjega b’mod sempliċi r-risposta. Dan għaliex huwa iżjed minn importanti li l-futur ta’ pajjiżna għandu bżonn ambjent ta’ riċerka u innovazzjoni.
Ħa eżempju b’Bill Gates li ħoloq il-kumpanija Microsoft fejn snin ilu, beda jfiehem x’inhu l-użu tac-CD li kienet il-futur. Mic-CD sal-lum, inħolqu bosta invezjonijiet innovattivi oħra li huma importanti u bżonnjużi.
Dan huwa biss eżempju wieħed.
“Determinat li nara li pajjiżna jirnexxi f’dan is-settur tant essenzjali għall-futur li rridu nibnu minn issa”, temm jgħid il-Ministru Bonnici.