“Inħobbok Ma’ – Mart L-Eks Membru Parlamentari Joe Debono Grech Se Tagħlaq 15-il Sena Li Ħallietna

 “Inħobbok Ma’ – Mart L-Eks Membru Parlamentari Joe Debono Grech Se Tagħlaq 15-il Sena Li Ħallietna

Għada 30 ta’ Jannar, huwa l-15-il anniversarju mill-mewt ta’ Edith Debono Grech, mart l-eks membru parlamentari Karkariż Joe Debono Grech.

Fakkret dan, Joanne Debono Grech, Sindku ta’ Birkirkara fejn tenniet li se ssir quddies għada fis-18.30 fil-Bażilika ta’ Santa Elena b’kant mis-Sopran Roberta Mallia kkumpanjata mill-orgni minn Chris Domancic u l-flawt minn Patrick Mallia.

“Filwaqt li ser isiru ukoll quddiesa fis-Santwarju Madonna tal-Ħerba, fil-Knisja ta’ Santu Rokku f’Birkirkara, fil-Bażilka San Ġorġ Għawdex, u f’dik tal-Kapuċċini f’Għawdex. Inhobbok Ma ♥️ “, tenniet Joanne Debono Grech.

Is-Sinjura Debono Grech kienet magħrufa għall-umiltà tagħha. Insellmu l-memorja ta’ din il-mara maħbuba.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com