“Innominajtu Għal Chairman Tal-Kummissjoni Nazzjonali Għall-Persuni B’Diżabbilità” – Justyne Caruana

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Justyne Caruana kienet il-persuna li nnominat lil Oliver Scicluna biex inħatar Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabbilità.
Hekk kitbet fuq facebook filwaqt li awguratlu issa li sab postu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Sentejn wara, Oliver inħatar bħala l-ewwel Kummissarju Nazzjonali għad-Drittijiet tal-istess persuni. “Ħdimt miegħu meta kont Segretarju Parlamentari u bqajt nammira l-viżjoni u d-determinazzjoni tiegħu, inkluż l-istudji akkademiċi li segwa sakemm iggradwa b’tant suċċess li kompla jabbina mal-viżjoni tiegħu.”, tenniet Caruana.
Saħqet li tinsab konvinta li b’Oliver bħala kollega fil-Parlament, il-Gvern Laburista ta’ Robert Abela se jkompli jixhed l-impenn favur soċjetà ġusta u ekwa.