Issa Tista’ Tagħmel It-Tibdil Meħtieġ F’Ismek Sabiex Iżżidlu L-Karattri Tal-Alfabett Malti

 Issa Tista’ Tagħmel It-Tibdil Meħtieġ F’Ismek Sabiex Iżżidlu L-Karattri Tal-Alfabett Malti

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat għadu kemm ħabbar li wara li l-ġenituri ingħataw l-opportunità li jużaw l-alfabett Malti sħiħ meta jiġu biex isemmu lill-uliedhom, issa wieħed jista’ anki jibdel ismu kif meħtieġ sabiex juża’ l-karattri tal-alfabett Malti. Wieħed jista’ jagħmel dan mingħajr ebda ħlas.

L-Onorevoli Muscat żied jgħid, li meta wieħed jagħmel dan, se jkun qed jirċievi passaport u karta tal-identità ġodda li jkunu jirriflettu din il-bidla.

“Nisħaq fuq l-importanza li nkomplu naraw li l-ilsien nazzjonali tagħna, il-lingwa Maltija, tkun imħarrsa u użata issa anke’ fis-sistemi kollha tar-Reġistru Pubbliku”, tenna fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com