It-Tobba Jiddikjaraw Tilwima Industrijali
L-Assoċjazzjoni Medika Maltija ddikjarat tilwima industrijali min-nhar il-Ħamis li ġej.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li hu inaċċettabbli li konsulent mediku ngħata trasferiment għax esprima l-ġudizzju professjonali tiegħu. Il-MAM spjegat li t-tilwima industrijali ddur mat-tneħħija ta’ Dr Kenneth Grech mir-responsabiltà għall-kordinazzjoni tar-rispons tas-saħħa pubblika għall-Covid-19, wara li rrakkomanda kawtela fuq il-konsegwenza tal-ftuħ tal-iskejjel.
Għaldaqstant wara laqgħa li kellha lbieraħ il-MAM iddikjarat tilwima industrijali li tibda l-Ħamis li ġej billi t-tobba jibdew b’azzjoni dimostrattiva u jeskalawha nhar it-Tnejn li ġej.
Il-MAM qiegħda titlob ukoll laqgħa mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.