Jagħti Xahrejn Mill-Allowance Tiegħu Meta Sema’ Bl-Aħbar Ta’ Joe Debono
“L-idea li nagħti xahrejn mill-allowance li niriċevi bħala Kunsillier għall-mod filantropiku, ġietni meta ħadna l-aħbar xejn mistennija tal-ex-Kollega tal-HSBC u ħabib Joe Debono, persuna professjonali, allegruż u mimli enerġija li qed jaffaċċja din il-kundizzjoni tal-ASL”. Hekk kiteb Adrian Tanti, kunsillier tal-Fgura fuq il-midja soċjali tiegħu.
Semma mument ħelu li kellu Joe Debono li kien magħruf bħala James Bondin, mal-Peri Mintoff waqt il-programm Xarabank.
Apparti hekk, għamel talba biex jixtri 3 flokkijiet oriġinali u ffirmati tal-klabb ta’ Sassuolo fejn ġew offruti lilu bi prezz ridott fejn se jagħti tagħrif kif persuna tista’ tagħti l-offerta tagħha lil Dar Bjorn għal dawn il-flokkijiet prestiġġjużi, li qal li wieħed minnhom għandu patch ta’ Seria A Calcio Femminile.
Prosit tassew Adrian. Ġest nobbli.