Jaqa’ Minn Fuq Bejt Wara Li Ssakkar F’Appartament F’Santa Venera

 Jaqa’ Minn Fuq Bejt Wara Li Ssakkar F’Appartament F’Santa Venera

Raġel Filippin ta’ 37 sena li jgħix il-Qrendi, indarab gravi wara li tard ilbieraħ filgħaxija waqa’ minn għoli f’Santa Venera.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq il-Buttar wara li r-raġel, għal xi raġuni spiċċa ssakkar f’residenza, ipprova joħroġ billi tela’ fuq il-bejt. Huwa tilef il-bilanċ u waqa’ għall-isfel.

Mal-wasla tagħhom fuq il-post, il-Pulizija sabu lir-raġel midrub fuq il-bankina.

Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com