“Jekk Iżżomm F’Moħħok Minn Xhiex Għaddejjin U Lil Uliedek Ma Tmurx Lura” – Ina Robinich Ħadet Il-Vaċċin
Ina Robinich, kantanta u li tħadem l-isptar ħadet il-vaċċin kontra l-Covid-19 u qasmet ftit ħsibijiet magħna. “Bżajt ftit imma l-istaff veru ħelu u ma tħoss xejn ta!”, qaltilna Ina. Kompliet tgħid li ma tweġġax u m’hemmx differenza minn meta tieħu xi tilqima oħra.
Spjegat ukoll kif qabel ma jtuk it-tilqima, jkellmuk u jgħidulek biex isserraħ moħħok. “Ma hemmx minn xhiex tibża’. ”
Iżjed minn hekk, qaltilna li jekk iżżomm f’moħħok minn xhiex aħna għaddejjin u lil uliedek li forsi nistgħu nerġgħu nibdew il-ħajja normali, ma tmurx lura. “Jien naħdem ġo sptar u kelli xorta ma laqqatux il-virus imma issa kelli ċ-ċans għal prekawzzjoni u ma ħsibthiex darbtejn biex nieħu t-tilqima.”
Grazzi Ina li qsamt dan magħna biex tagħti kuraġġ lil ħaddieħor.