Jiftħu l-Applikazzjonijiet Għall-Festival Trikki Trakki

 Jiftħu l-Applikazzjonijiet Għall-Festival Trikki Trakki

Il-Festival tat-teatru taż-żgħażagħ Trikki Trakki organizzat minn Teatru Malta għall-2021 se jkun mifuħ għal kulħadd!

Ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tat-teatru taż-żgħażagħ Trikki Trakki organizzat mill-kumpanija nazzjonali Teatru Malta se tkun waħda speċjali mlaqqma l-Edizzjoni PANDEM-onju.

Minħabba l-pandemija, il-festival għall-2021 inbidel minn festival mal-iskejjel għal festival li għalih jista’ japplika kulħadd.

L-applikazzjonijiet din is-sena nfetħu għaż-żgħażagħ kollha li jattendu s-seba’ sena (Form 1), it-tmien sena (Form 2) u d-disgħa sena (Form 3) tal-iskola u li għandhom passjoni għat-teatru, li ntalbu jibagħtu audition iffilmjata biex imbagħad jintgħażlu l-aqwa applikazzjonijiet.

L-edizzjoni PANDEM-onju se tkun waħda mħallta, b’ċertu attivitajiet li se jsiru online, filwaqt li oħrajn se jsiru fit-teatru, dejjem bir-rispett tad-distanzi soċjali u l-miżuri l-oħra meħtieġa.

Għal aktar dettalji żuru www.teatrumalta.org.mt u niżżlu l-applikazzjoni.

Iż-żgħażagħ li jixtiequ japplikaw għandhom jagħżlu monologu, jiffilmjawh bil-mowbajl u jibagħtuh flimkien mad-dettalji tagħhom fuq [email protected] jew 99063089 sa nofsinhar tat-8 ta’ Jannar 2021.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com