Jindarab Gravi F’Ħabta Bil-Mutur F’Birżebbuġa

 Jindarab Gravi F’Ħabta Bil-Mutur F’Birżebbuġa

Finlandiż ta’ 31 sena u joqgħod l-Imrieħel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu fi triq Għar Dalam meta l-vittma li kien involut f’ħabta ma’ karozza VolksWagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħal Għaxaq.

Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident sabiex jassisti lill-Finlandiż li aktar tard kien iċċertifikat li weġġgħa gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com