Jinstab Il-Covid-19 Fi Prodott Tal-Ġelat Fil-Lvant Taċ-Ċina

 Jinstab Il-Covid-19 Fi Prodott Tal-Ġelat Fil-Lvant Taċ-Ċina

Jidher li l-virus tal-Covid-19 nstab fi prodott tal-ġelat fil-lvant taċ-Ċina. Il-kumpanija The Daqiaodao Food Co., Ltd., biswit Beijing ġiet iċċirkondata u l-ħaddiema tagħha ġew ittestjati għall-virus. Dan intqal minn uffiċjal tal-Gvern fejn saħaq ukoll, li m’hemmx indikazzjoni li xi ħadd ħa l-virus mill-ġelat.

L-ingredjenti kienu jinkludu trab tal-ħalib minn New Zealand u trab tad-dqiq mill-Ukraina. Il-Gvern Ċiniż jidher li qed jissuġġerixxi li l-virus, li nstab l-ewwel darba f’Wuhan lejn tmiem is-sena 2019, ġie minn ħut u ikel ieħor impurtat minn pajjiżi barranin.

Ritratt: BBC.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com