Żewġt’irġiel inqabdu bil-kameras tas-sigurta’ jisirqu żarbun u ċilindru tal-gass minn bejt privat ta’ blokk ta’ appartamenti.
Il-filmati tpoġġew fuq il-midja soċjali wara li wieħed mis-sidien tal-appartamenti appella għall-għajnuna biex ikunu identifikati dawn iż-żewġ persuni.
