Julia Farrugia Portelli u Clifton Grima Jilgħabu r-Rugby
Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli permezz ta’ post fuq facebook qalet kif ilbieraħ għall-ewwel darba f’ħajjitha lagħbet ir-rugby bħala parti minn proġett li The Brain Foundation flimkien ma’ Kavallieri Rugby Football Club qed jagħmlu. Farrugia Portelli għamlet dan flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghall-isport, ir-rikreazzjoni u l-għaqdiet volontarji Dr. Clifton Grima kif ukoll persuni b’diżabbilita’ li wkoll attendew għal din is-sessjoni ta’ taħrig.
Il-Ministru Farrugia Portelli sostniet li l-sport tar-rugby jibgħat messaġġ b’saħħtu ta’ tim u li wieħed jgħin lill-ieħor kif wara kollox hija l-ħajja li tgħallmek li meta taqa’ jew tweġġa trid tqum u tkompli.
Hija żiedet tgħid li dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ għamlu differenza fil-klijenti tal-Aġenzija Sapport li ilhom jattendu għal sessjonijiet simmili mill-2019.
Ritratt: Ministeru Inklużjoni u Kwalità tal-Hajja