Kantera… Il-Grupp Mużikali Li Nħoloq Fl-2020 Bi Stil Uniku
Żgur li smajtu bihom… Kantera. Jekk le, araw x’tagħmlu u segwuhom. Kantera huwa l-isem tal-band Maltija, li ngħaqdet fl-2020.
Il-band tadatta lirika tradizzjonali Maltija għall-preżent biex tibqa’ titgawda fil-ġejjieni. Dan il-grupp mużikali qed jimla vojt fix-xena tal-mużika Maltija li għal snin, bosta staqsew imma kif?!
Għandhom stil partikolari fejn iżewġu l-istil tradizzjonali permezz ta’ instrumenti li qajla nimmaġinaw li jmorru tant tajjeb f’armonija mill-isbaħ maż-żmien tal-lum.
Eżempju minnhom huwa l-argunett. Bil-fomm ħafna jsejħulu ‘accordion’ imma bil-Malti jgħidulu: L-Argunett. Huwa magħmul mill-kumpanija ta’ Paolo Soprani u kien immanifatturat fl-1930’s.
Dan l-argunett partikolari huwa magħmul apposta għal Malta sabiex jinbiegħ mill-ħanut ta’ P.Carabott li kien jinsab fil-Belt Valletta. Kos hux, mur għidilhom dak iż-żmien li kellu jiġi f’idejna!
Segwuhom fuq il-paġna: https://www.facebook.com/kanteramalta/
Hemm ħafna materjal interessanti li ser nisimgħu dalwaqt. Prosit lilkom!