“Kien Jonqos Biss Ngħidu Li L-PM Iridhom B’Għajnejhom Vjola, 5 Piedi…” – Andrew Azzopardi
Il-Professur Andrew Azzopardi irreaġixxa għal kumment li nkiteb minn Robert Musumeci fejn stqarr li l-PM Abela jrid “jiddentifika tfajliet jew nisa simpatiċi bla ħafna pretensjonijiet”. Azzopardi jsaqsi “Dan bis-serjetà?”
Kompla billi qal li “l-PM Abela għandu juża’ l-istrutturi tal-Partit, inkluż l-inizjattiva tajba ta’ LEAD, li biha jħeġġeġ biex nisa u tfajliet kompetenti, ambizzjużi, viżjonarji, li jħobbu lin-nies, li jridu jservu, li għandhom amor proprju, li huma ddedikati għat-trasformazzjoni, li għandhom prinċipji – jpoġġu isimhom ‘il quddiem… imbagħad ngħidu li m’ għandniex kultura u diskors popolari miżoġenista!”
Tenna li kien jonqos li jgħid “l-PM iridhom b’għajnjhom vjola, 5 piedi u 5 pulzieri twal u bil-hips pronunzjat! Ara lill-irgiel ma nagħmlulhomx kondizzjonijiet u kriterji!” filwaqt li qallu direttament li hemm posts tiegħu jgħoġbuh iżda f’din żgarra.
Dan se jkun diskuss illum waqt ‘Andrew Azzopardi fuq 103.’
Inti x’taħseb dwar dan?