“Kif Ma Tistħux?!” – Araw X’Ġara F’Ħaż-Żabbar
“Nuqqas ta’ sens ċiviku u rebgħa!! Kif ma tistħux !!” Hekk kiteb is-Sindku Żabbari Jorge Grech fuq il-midja soċjali b’referenza għal numru ta’ siġar li nsterqu matul illejl li għadda.
Insterqu 9 siġar taż-Żebbuġ u 9 palmiet. Is-Sindku tenna li se jinfetaħ rapport ieħor mal-għassa tal-pulizija.
Possibbli?!