”Kont Il-Kunjatu Tiegħi Meta Kont Miżżewweġ…” – Ivan Gaffiero

“Strieħ fis-sliem għażiż Johnny. Kont il-kunjatu tiegħi meta kont miżżewweġ imma qatt ma naf li kelli xi ngorr fuqek.”
Hekk kiteb Ivan Gaffiero ftit ħin ilu fuq facebook tiegħu b’tislima lill-kunjatu li kellu meta kien miżżewweġ fejn qal li kien ukoll jgħinu jiżbogħ u jaħdem.
Tenna wkoll li meta kiser siequ kien iwasslu, saħansitra anke fejn il-Madonna tal-Girgenti.
“Issa wasal il-jum li tistrieħ. Se tkun f’post sabiħ żgur. Kuraġġ lill-familja kollha Borg mill-Imsida b’mod speċjali lil Rita Gaffiero Borg.
Kondoljanzi Ivan u l-familja Borg.