Ktieb Ġdid Inspiranti Li Jiċċelebra L-Ispirtu Ta’ Malta Waqt Il-Pandemija Tal-Covid-19

 Ktieb Ġdid Inspiranti Li Jiċċelebra L-Ispirtu Ta’ Malta Waqt Il-Pandemija Tal-Covid-19

Malta Together nediet ktieb ta’ ispirazzjoni li fih numru ta’ stejjer qosra u poeżiji bl-Ingliż u bil-Malti, kif ukoll diversi xogħlijiet artistiċi, kollha maħluqa minn adulti u tfal fil-komunità lokali waqt l-imxija tal-Covid-19 f’Malta.

Il-Malta Together Time Capsule kienet sponsorjata kompletament mill-Grupp Iniala u ġiet mogħtija bħala rigal lir-rebbieħa kollha tal-kompetizzjonijiet Malta Together, li x-xogħlijiet tagħhom jidhru fil-ktieb.

Il-ktieb issa jista’ jinxtara għal €20 mill-ħwienet tal-kotba tal-Aġenda u l-ħwienet onlajn (https://agendabookshop.com/products/time-capsule-3), filwaqt li d-dħul se jmur direttament lejn entitajiet lokali tal-karità. Permezz tal-bejgħ tal-ktieb, Malta Together tixtieq tiġbor is-somma ta’ €10,000 biex tgħin lil dawn l-entitajiet lokali jkomplu jagħmlu x-xogħol kbir li qed jagħmlu madwar il-gżejjer.

Bħala parti mill-inizjattiva Malta Together, li tnediet f’Marzu 2020 biex tgħin lill-komunità lokali waqt l-għeluq parzjali minħabba l-pandemija, saru numru ta’ kompetizzjonijiet ta’ Rakkonti Qosra, Arti u Poeżija biex iħeġġu lin-nies ikunu attivi u kreattivi waqt li kellhom jibqgħu d-dar sabiex isegwu d-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Minn Gratitudni għal Immaġinazzjoni, Avventura għal Ħajja Matul jew Wara l-Pandemija, kull kompetizzjoni kellha tema unika li ispirat il-kreattività u t-tama. Impressjonata mix-xogħol meraviljuż li ġie sottomess, Malta Together ippubblikat dan il-ktieb bid-daħliet rebbieħa ta’ kull kompetizzjoni biex turi t-talenti miktuba u artistiċi tal-komunità u tiddokumenta l-ħsibijiet, l-istejjer u l-emozzjonijiet tal-komunità matul ix-xhur ta’ sfida bejn Marzu u Lulju 2020. Il-ktieb mhux biss jaġixxi bħala memorja ta’ dan il-perjodu storiku, iżda jagħti wkoll vuċi lill-komunità.

“Id-daħliet rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tagħna ħolqu kapsula tal-ħin meraviljuża li aħna kburin li nippreżentaw f’dan il-ktieb, li jiċċelebra l-ispirtu ta’ Malta matul dan il-perjodu diffiċli ta’ ħajjitna. Meta nħarsu lura lejn l-2020, niftakru mhux biss fit-tbatijiet li sofrejna imma wkoll fil-ħolqien ta’ spirtu komunitarju”, qal Mark Weingard, il-Fundatur ta’ Malta Together.

Il-ġimgħa li għaddiet saret tnedija żgħira li matulha Malta Together u l-Fundatur ta’ Iniala Group Mark Weingard qasmu xi kliem ma’ tfal li l-poeżija u l-istejjer qosra tagħhom jidhru fil-ktieb; poeżiji u stejjer dwar l-esperjenza tagħhom tal-pandemija. Fost dawn it-tfal kien hemm l-aħwa Lara u Lisa Giordmania, kif ukoll Amy Falzon Farrugia, li wara li rebħet żewġ kompetizzjonijiet tal-Malta Together, kienet ispirata biex tieħu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali li wasslitha biex tirbaħ borża ta ’studju ta’ ġimagħtejn fl-Università ta’ Cambridge.

Bil-qliegħ imur direttament għall-karità, kull min jixtri dan il-ktieb se jkun qed jappoġġja kawżi lokali tal-karità u jgħin lil Malta Together toħroġ id-dawl mix-xhur imdallma li għaddejna minnhom.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.maltatogether.com/timecapsule.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com