L-2020 Tagħlaq Fuq Nota Pożittiva Għal Numru Ta’ Studenti Tal-Kung Fu F’Malta

 L-2020 Tagħlaq Fuq Nota Pożittiva Għal Numru Ta’ Studenti Tal-Kung Fu F’Malta

Żgur li lkoll se nibqgħu niftakru s-sena 2020, għal raġunijiet ovvji. Matul is-sena kellna nagħmlu diversi bidliet fil-ħajja professjonali u dik personali tagħna u l-istess jista’ jingħad għat-taħriġ tal-Arti Marzjali, sport li bħal ħafna oħrajn ra sfidi kbar matul is-sena.

Minkejja dan, il-Malta Self-Defence Academy tellgħet numru ta’ eżamijiet fil-Mon Lung Kung Fu għal numru ta’ studenti tagħha matul ix-xahar ta’ Diċembru. L-eżamijiet saru fiċ-ċentru tal-akkademja fi Fleur-De-Lys.

Għalkemm għal din is-sena l-attendenza għal dawn l-eżamijiet kienet ristretta għall-istudenti tal-klabb (sabiex jiġu mħarsa r-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa), bosta qalu li l-atmosfera kienet waħda vibranti.

L-istudenti kollha li ħadu sehem ġew eżaminati fuq it-teorija u l-prattika tal-arti marzjali. L-istudenti wrew tekniki differenti b’varjetà wiesa ta’ kicks, hand strikes u blocks, kif ukoll movimenti ta’ ġlied koreografjati (imsejħa taolu). Barra minn hekk, l-istudenti kellhom ukoll jiddefendu lilhom infushom kontra varjetà ta’ attakki, minn holds u locks sa kicks, hand strikes u armi.

Wara dawn l-eżamijiet, Sifu Mark Spiteri ppreżentata ċ-ċertifikati u ċ-ċinturini lill-istudenti kollha, filwaqt li faħħar dan is-suċċess li seħħ wara xhur ta’ taħriġ intensiv.

L-istudenti li kisbu suċċess minn dawn l-eżamijiet huma dawn:

Ċinturin Isfar: Moussa Balde, Jack Zarb, Nicole Zahra, Hannah Zahra, Maresca Demanuele,
Ianis Gabriel Avramescu

Ċinturin Oranġo: Gian Luca Pullicino, Alfred Pullicino

Ċinturin Aħdar: Daniel Galea, Jana Formosa, Nicole Formosa

Il-Malta Self-Defence Academy issa qed tilqa’ studenti ġodda li jixtiequ jingħaqdu fi klassijiet tal-Kung Fu, klassijiet li huma mmirati għal dawk li għadhom se jibdew it-taħriġ f’dan l-isport, kemm tfal u anki adulti. Il-klassijiet se jibdew minn dan ix-xahar stess.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt billi jċempel fuq +356 99841134 jew jibgħat imejl fuq
[email protected]. Wieħed jista ’wkoll iżur il-paġna ta’ Facebook: www.fb.com/selfdefencemalta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com