L-Abbuż F’Għawdex: Jiddispjaċik Ta’ Dak Li Għamilt? “M’Intix Tarani Nibki” – Dun Ġużepp Cini
Wieħed miż-żewġ qassisin li dalgħodu tressqu l-Qorti akkużati li abbużaw tifel snin ilu f’Għawdex, Dun Ġużepp Cini, hekk kif ħareġ mill-Qorti meta mistoqsi minn ġurnalist jekk jiddispjaċiehx ta’ dak li għamel, wieħed b’mod ironiku “m’intix tarani nibki?”, waqt li beda jxejjer maktur.
Fil-Qorti aktar kmieni dak li numru ta’ snin ilu kien abbati rrakkonta episodji xokkanti dwar kif kien ġie abbużat u sekwestrat minn żewġ saċerdoti, li wkoll ġie stuprat minn wieħed minnhom u li sal-lum huwa baqa’ għaddej minn trawma.
Huwa qal fil-Qorti li wara li għadda minn martirju meta kien għadu tifel spiċċa biex matul iż-żmien qabditu depressjoni, spiċċa jieħu d-droga u jixrob u saħansitra pprova jikkommetti suwiċidju.
L-allegat vittma qal li l-abbuż fuqu kien isir fis-sala ewlenija tal-parroċċa tax-Xagħra, fejn il-konfessinarju u anke fid-dar ta’ wieħed mill-qassisin, li anke kien jispiċa jistuprah. Qal li dan ma fetaħ qalbu minħabba li kien qed jistħi minnu nniffsu u qatt ma seta’ jaċċetta dak li għadda mingħalih.
Dun Joseph Sultana ta’ 84 sena u Dun Joseph Cini ta’ 71 sena, it-tnejn mix-Xagħra wieġbu mhux ħatja li “snin ilu” abbużaw sesswalment wieħed mill-abbatini fil-kustodja tagħhom, f’każ li qed ikun meqjus bħala wieħed sensittiv immens.