L-Alleanza Għall-Mard Rari Tisħaq Li L-Membri Tagħha Għandhom Jingħataw Prijorità Għall-Vaċċin

 L-Alleanza Għall-Mard Rari Tisħaq Li L-Membri Tagħha Għandhom Jingħataw Prijorità Għall-Vaċċin

L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari (Rare Diseases Malta – RDM) għamlet kuntatt mal-Ministeru tas-Saħħa sabiex tisħaq dwar l-importanza li l-membri ta’ din l-alleanza jingħataw prijorità fit-tilqim kontra l-coronavirus, flimkien ma’ setturi oħrajn li qed jiġi prijoritizzati.

L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari tirrappreżenta 400 pazjent, u lil dawk qrib tagħhom, li jbatu minn mard jew kundizzjonijiet rari u li b’hekk jikkalssifikaw mal-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà minħabba r-rarità tal-kundizzjoni tagħhom.”

Fi starrija RDM qalet li “il-maġġoranza tal-membri ilhom imsakkra fi djarhom sa mill-bidu tas-sena l-oħra”. Filwaqt li dawn il-persuni huma kkunsidrati vulnerabbli f’ċirkustanzi normali, bil-pandemija tal-Covid-19 spiċċaw aktar vulnerabbli u iżolati, filwaqt li ħuthom, il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsiebhom ilhom 10 xhur sħaħ jevitaw milli jmorru l-iskola jew ix-xogħol.

Intant, RDM qed tħeġġeġ lill-gvern sabiex jikkunsidra l-bżonnijiet ta’ dan il-grupp minoritarju li spiċċa drastikament emarġinat, filwaqt li saħqet fuq l-importanza lill-membri tagħha jingħataw prijorità sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-vaċċin mill-aktar fis possibbli.

L-allejanza tiġbor fiha, pazjenti, carers, sottogruppi u organizzazzjonijiet ta’ mard rari bħal ALS Malta u Rare Blood Disorder Group u l-Malta Biobank fl-Università ta’ Malta. Matul il-pademija, u anki qabel, RDM provdiet lill-membri tagħha b’għajnuna psikologika b’xejn, fost servizzi neċessarji oħrajn.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com