L-Awtorità Tal-Ippjanar Tirrifjuta 3 Applikazzjonijiet Għal Bini Ta’ Blokok Fl-ODZ
L-Awtorita’ tal-Ippjanar ilbieraħ irrifjutat tliet applikazzjoniet għall-bini ta’ għexieren ta’ appartament f’żoni barra mil-limitu tal-iżvilupp, ODZ.
Fost oħrajn, l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni għall-bini ta’ blokka ta’ l fuq minn 60 apartament fix-Xgħajra f’ODZ, numru ta’ garaxxijiet f’ODZ il-Mosta u diversi strutturi fuq ODZ ġo wied bejn ir-Rabat u l-Imtarfa (l-Għeriexem).
L-applikazzjonijiet sabu l-oġġezzjoni tal-Moviment Graffitti.