L-Ewwel 100 Jum Ta’ Bernard Grech Bħala Kap Tal-PN

 L-Ewwel 100 Jum Ta’ Bernard Grech Bħala Kap Tal-PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech illum qed jagħlaq l-ewwel mitt jum minn meta ġie elett f’din il-kariga fit-3 ta’ Ottubru li għadda.

Bernard Grech kien ġie elett bi kważi 70% tal-voti tat-tesserati f’elezzjoni mal-Eks Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian wara li l-istrutturi tal-PN kien ddeċidew li għanda ssir elezzjoni għal Kap.

Bernard Grech ġie elett bl-għajta “Nissaħħu Flimkien” wara li fl-aħħar snin il-Partit Nazzjonalista kien mifni bi ġlied intern b’mod partikolari ġlied bejn id-Deputati tiegħu stess u l-Kap uxxenti Adrian Delia li kien ġie elett Kap fl-2017 wara li Simon Busuttil kien irriżenja wara r-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali tal-2017.

Fl-ewwel 100 jum tiegħu Bernard Grech, li għandu 49 sena, prova jerġa’ jgħaqqad il-Partit Nazzjonalista u jġedded l-istrutturi interni, iżda sa issa għadu ma’ wettaqx reshuffle fix-shadow cabinet tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com