L-FKNK Tikkundanna L-Att Vandalu Fuq Masġar Li Jieħu Ħsieb It-Tifel Bl-ADHD Iżda…

 L-FKNK Tikkundanna L-Att Vandalu Fuq Masġar Li Jieħu Ħsieb It-Tifel Bl-ADHD Iżda…

Wara l-każ li qam ilbieraħ fil-Mellieħa fejn Joseph Scicluna tkellem permezz ta’ filmat fuq vandaliżmu li sar fuq il-masġar li jieħu ħsieb flimkien ma’ wliedu, fosthom it-tifel ta’ 14-il sena bl-ADHD, l-FKNK ħarġet stqarrija ta’ kundanna fejn tenniet ukoll li ftit xhur ilu, hi wkoll offriet li tagħti numru ta’ siġar.

“It-tifel ġie offrut ukoll l-allokazzjoni ta’ biċċa art ġewwa r-Riżerva tal-FKNK fl-Aħrax fejn seta’ jħawwel u eventwalment jieħu ħsieb is-siġar imsemmija. Iżda minkejja dan, għal xi raġuni li l-FKNK ma għandhiex għarfien tagħha, din l-offerta ma ġietx milquha minn missier it-tifel.”

Tenniet ukoll li filwaqt li tikkundanna vandaliżmu fuq ambjent naturali, riedet iżżid li kull bidwi li jista’ jirreġistra art biex jaħdimha mad-Dipartiment tal-Agrikultura tal-Gvern u anke jieħu sussidju finanzjarju, “l-istess bidwi ma jottjeni l-ebda dritt legali ta pussess tal-art biex iħawwel siġar, iwaqqaf xatba u kamera ta’ sorveljanza CCTV biex jipprevjeni aċċess għall-art kif jidher li għamel missier it-tifel bl-art li tinsab fir-Riżerva tal-FKNK ta’ l-Aħrax.”

Araw l-istqarrija sħiħa hawn taħt:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com