L-Għaqda Dinjija Tas-Saħħa Twissi Li L-Immunità Tal-Massa Mhux Ser Tintlaħaq Sal-Aħħar Tas-Sena
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li l-vaċċin kontra l-Covid-19 mhux ser iġib l-immunità tal-massa din is-sena, anke jekk il-kumpaniji liċenzjati qed iżidu l-produzzjoni tal-vaċċin.
Id-WHO wissiet li se jieħu ż-żmien biex tipproduċi l-vaċċin u tagħti t-tilqim madwar id-dinja kollha biex ikun jista’ jinqered il-virus, meta sal-lum ġew infettati aktar minn 90 miljun persuna madwar id-dinja u mietu kważi żewġ miljun persuna.
L-Għaqda Dinjija qalet li b’hekk mhux se jkun possibbli li niksbu l-immunità tal-massa qabel tmiem din is-sena u għandna nibqgħu nosservaw id-distanzi soċjali, il-ħasil tal-idejn b’mod frekwenti u li jibqgħu jintlibsu l-maskri.
Id-WHO qalet li tinsab mħassba wkoll dwar il-varjanti l-ġodda tal-virus u kif dawn qed jinfirxu b’rata mgħaġġla ħafna.