L-MUT Ordnat L-Istrajk Għax Illum U Għada Ma Fetħux L-Iskejjel Tal-Knisja
Il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-għalliema tal-iskejjel tal-Gvern qed jiġu ddiskriminati għax għalliema tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti illum u għada se jagħtu l-lezzjonijiet onlajn.
F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem Kastilja, Bonnici qal li f’laqgħa li l-MUT kellha mal-Gvern, il-Prim Ministru saħaq li l-iskejjel għadhom jiftħu. Dan wara li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li l-edukazzjoni hija prijorità u m’hemmx ħtieġa li l-iskejjel ma jiftħux minn għada.
Madankollu, l-MUT xorta waħda ordnat strajk fost l-edukaturi kollha għax fi kliemha kienet qed tinħoloq diskriminazzjoni bejnhom u dawk fi skejjel tal-Knisja u dawk indipendenti.