L-MUT Tiċċara Li Ma Laqgħetx Is-Suġġeriment Li L-Iskejjel Jibqgħu Miftuħa Fil-Karnival

Fi stqarrija mill-MUT, intqal li: “L-MUT tinnota r-restrizzjonijiet li għadhom kif tħabbru mill-Gvern għal Frar sabiex titrażżan l-imxija tal-COVID-19. Fid-dawl ta’ dak li ssemma llum mill-gvern, fejn ġie ssuġġerit li l-iskejjel jinżammu miftuħin għall-vaganzi tal-mid-term, l-MUT qed tiċċara li b’mod kategoriku ma laqgħetx dan is-suġġeriment u mhux lesta li tagħmel l-ebda diskussjoni dwar il-kalendarju tal-iskejjel, li joħroġ mill-ftehim settorali u dawk kollettivi li huma stabbiliti.”