Luke Gambin Jiskorja Fid-Debut Ma’ Newport County

 Luke Gambin Jiskorja Fid-Debut Ma’ Newport County

Il-midfielder internazzjonali Malti Luke Gambin kellu bidu mill-aqwa mal-klabb il-ġdid tiegħu Newport County fil-League 2 fl-Ingilterra hekk kif skorja u saħanistra provda l-assist f’gowl ieħor.

Newport County illum wara nofsinhar lagħbu barra minn darhom kontra Oldham Athletic fejn tilfu bl-skor ta’ 3 – 2. Kien Gambin li provda qabel Scrimshaw xeħħet fix-xibka ta’ Oldham wara biss tlett minuti logħob. Oldham skurjaw darbtejn qabel ma’ Luke Gambin ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima skorjaw il-gowl tad-draw għal 2 – 2.

Finalment kienu Olham li rebħu b’awtogowl kwarta mit-tmiem għal skor finali ta’ 3 – 2.

 

Ritratt: BBC.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com