Mal-1,300 Doża Tal-Vaċċin Għall-Covid-19 F’24 Siegħa
![Mal-1,300 Doża Tal-Vaċċin Għall-Covid-19 F’24 Siegħa](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/01/anzjani-tilqima-850x560.jpg)
Ċifri uffiċjali juru li fl-aħħar 24 siegħa ngħataw aktar minn 1,300 doża tal-vaċċin għall-kontra l-Covid-19 biex s’issa l-ammont tela’ għal aktar minn 13,000 doża.
Iċ-ċifri ppubblikati fuq il-paġna Saħħa fuq Facebook juru wkoll li tfaċċaw 200 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li 148 persuna oħra fieqet minn dan il-virus.
Joħroġ ukoll li fl-aħħar 24 siegħa, anzjana ta’ 84 sena mietet pożittiva bil-Covid-19.