Mara Arrestata B’Rabta Ma’ Serqa Minn Ħanut Tal-Annimali

 Mara Arrestata B’Rabta Ma’ Serqa Minn Ħanut Tal-Annimali

Mara ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar mistennija titressaq il-qorti mixlija li kienet involuta f’serqa minn ħanut tal-annimali fil-Marsa.

Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda meta l-mara daħlet tisraq minn ħanut li jbigħ annimali u prodotti relatati mal-annimali.

Il-każ ġie rrapportat minn sid il-ħanut li mar l-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun fejn irrapporta li xi ħadd seraqlu ammont ta’ flus mill-cash register. Mill-istħarriġ li sar, anke permezz ta’ filmati tas-sigurtà, il-Pulizija identifikat lill-persuna li allegatament wettqet is-serqa u l-mara ġiet arrestata.

Hi mistennija titressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com