Mara Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Inċident fi Swieqi
Erba’ persuni, kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Fiat 500, misjuqa minn mara ta’ 30 sena miż-Żurrieq, u Toyota vitz, misjuqa minn raġel ta’ 70 sena mill-Pieta’. Fit-Toyota, kien hemm ukoll mara ta’ 73 sena mix-Xgħajra u mara ta’ 76 sena mis-Swieqi stess.
Passiġġier fil-karozza Fiat kien hemm raġel ta’ 31 sena residenti s-Swieqi.
Fuq il-post intalbu jassistu tim mediku u ż-żewġ xufiera u l-passiġġieri tat-Toyota ittieħdu l-isptar permezz t’ambulanza.
Aktar tard, il-mara ta’ 76 sena ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji filwaqt li t-tliet persuni loħra ġarrbu ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.