Michael Mifsud Jiffirma Ma’ Mosta FC

 Michael Mifsud Jiffirma Ma’ Mosta FC

L-ex attakant internazzjonali Malti Michael Mifsud f-firma mal-klabb ta’ Mosta FC wara li ftit tal-jiem ilu kien temm ir-relazzjoni li kellu ma’ Sirens FC minħabba raġunijiet personali. Mifsud, li għandu 39 sena, f-firma ma’ Mosta FC sat-tmiem dan l-istaġun.

B’hekk Mosta FC ser ikun is-sitt klabb Malti li miegħu Mifsud ser ikun lagħab wara esperjenzi ma’ Sliema Wanderers FC, Qormi FC, Valletta FC, Birkirkara FC u Sirens FC.

Ir-reġisrazzjoni tal-plejer mistennija tiddaħħal fl-uffiċini tal-MFA fil-ħin sabiex il-plejer ikun eleġibli jilgħab fil-partita mistennija ta’ nhar il-Ħadd li ġej kontra Birkirkara FC.

 

Ritratt: transfermrkt.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com