Mill-Ġdid Posposta L-Eżekuzzjoni Ta’ Mara Li Fgat Mara Tqila U Serqet It-Tarbija Mill-Ġuf

 Mill-Ġdid Posposta L-Eżekuzzjoni Ta’ Mara Li Fgat Mara Tqila U Serqet It-Tarbija Mill-Ġuf

Imħallef fl-Istati Uniti mill-ġdid ordna l-posponiment tal-eżekuzzjoni ta’ Lisa Montgomery li nstabet ħatja li fl-2004 fgat mara tqila u serqet it-tarbija mill-ġuf, u li llum kellha tkun l-ewwel mara li tingħata l-piena tal-mewt f’70 sena.

Il-mara, li għandha 52 sena kienet ingħatat sentenza ta’ 16-il sena ħabs.

L-avukati tal-mara argumentaw li Montgomery ma tinsabx fi stat mentali tajjeb biex tingħata l-injezzjoni letali u argumentaw hi twieldet bi brain-damage u kienet abbużata tul ħajjitha.

Din id-deċiżjoni ttieħdet ukoll fl-isfond li l-President-elett Joe Biden wiegħed li se jfittex li jintemm l-użu tal-piena kapitali mill-gvern federali Amerikan. Bħalissa, 28 mill-50 stat Amerikan għanhdom il-piena kapitali, kif ukoll l-istat federali Amerikan.

L-aħħar mara li ngħatat il-piena kapitali mill-gvern Amerikan kienet Bonnie Heady, fl-1953.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com