Mixli Li Waddab Tazza Kafe’ Waqt Argument F’Ħaż-Żabbar
Joseph Spiteri ta’ 64 sena mill-Kalkara ngħatat l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li lbieraħ filgħodu darab gravi raġel ieħor wara li tefagħlu tazza kafe’ taħraq waqt argument li nqala’ bejniethom f’Ħaż-Żabbar.
Fil-qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Darren Buhagair qalet li l-argument bejn Spiteri u l-allegat vittma, li huma bit-tikketta għal xulxin, inqala’ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu fi Pjazza Medjatriċi.
Spiteri ġie mixli wkoll li kellu penknife, li hedded lill-vittma, li tkellem ħażin f’post pubbliku li saq karozza mingħajn liċenzja valida.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €4,000. Huwa ġie ordnat ukoll jiffirma l-għassa tal-pulizija darbtejn f’ġimgħa.