“Naf Kemm L-Edukaturi Jagħmlu u Għamlu Sagrifiċċji u Grat Lejkom” – Il-PM

 “Naf Kemm L-Edukaturi Jagħmlu u Għamlu Sagrifiċċji u Grat Lejkom” – Il-PM

“Emminna li ma stajnhiex nitilfu sena skolastika mill-istudenti tagħna. Kienu qalulna iktar ħa ddumu biex tiftħu milli se ddumu biex tgħalqu. Beżżgħu lill-edukaturi tagħna u ma ġarax hekk.”

Spjega kif din kienet importanti għall-istudenti tagħna u anke għall-pajjiż b’mod ġenerali. Fisser kif hu ma jiħux gost bid-deni iżda bil-ġid lejn kulħadd.

Fakkar fl-arroganza ta’ deputat nazzjonalista li talab ġurnalist jiftaħlu l-bieba tal-karozz u hawn appella l-umiltà u li jibqgħu viċin in-nies. Spjega fejn it-talbiet ikunu raġonevoli, ngħinu lin-nies.

Spjega li minkejja kollox, irnexxielna nkunu wieħed mill-uniċi pajjiżi li żammejna l-iskejjel miftuħin. “Il-pajjiż ma jaffordjax li jitlef ġenerazzjoni ta’ tfal li jaqgħu lura fl-edukazzjoni.”

Hawnhekk wera d-dispjaċir tiegħu fejn din il-ġimgħa tħabbar l-istrajk tal-għalliema “iżda dejjem emmint fl-għalliema u l-edukaturi tagħna. Naf kemm għamlu sagrifiċċju sa issa u grat lejhom.”

Fisser li ħaseb li kemm l-istudenti għandhom bżonn l-edukazzjoni, il-ġenituri wkoll li ma stajnhiex inħalluhom waħedhom, u anke l-konfort tas-Supretedent tas-Saħħa Pubblika biex dawn jiftħu. “L-Edukazzjoni m’għandhiex tkun suġġett ta’ kontroversja.”

Hawnhekk irringrazzja lill-istake holders ewlenin li għenu biex jirrenja s-sens tajjeb u biex b’hekk, minn għada t-tfal kollha sejrin lura fl-iskejjel; kemm tal-istat u anke tal-Knisja. Irringrazzja wkoll lill-Arċisqof u lil Charmaine Gauci, iżda fuq kollox “nirringrazzja lil dawk l-edukaturi u l-għalliema li f’dawk il-jumejn tal-istrajk xorta marru fl-iskejjel. Intom tajtu servizz enormi lill-pajjiż u grati lejkom!”

Kompla billi qal li kulħadd jixtieq li nirritornaw għal ‘business as usual’ u staqsa għaliex hawn min ħadha bi kbira li ma ħax gost jisma’ hekk. Però spjega li kriżi, trid iż-żmien tagħha wkoll biex noħorġu minnha u mhux billi wieħed ifaqqa’ subgħajh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com