New Zealand Terġa’ Tirraporta Possibbilità Ta’ L-Ewwel Każ Ta’ Covid-19

 New Zealand Terġa’ Tirraporta Possibbilità Ta’ L-Ewwel Każ Ta’ Covid-19

New Zealand irraportat l-ewwel każ fil-komunità ta’ Covid-19 wara xahrejn bla edba każ ġdid. Uffiċjali tas-saħħa qalu li mara ta’ 56 sena li reċentement marret lura mill-Ewropa ttestjat pożittiva wara li temmet perjodu obligatorju ta’ ġimgħatejn ta’ iżolament. Kien hemm ukoll spekulazzjonijiet li għadhom mhux ċerti hux pożittiva jew suspett!

Qegħdin isiru sforzi biex jaraw minn fejn sar il-kuntatt, fejn l-awtoritajiet anke ppubblikaw lista ta’ postijiet li żaret il-mara.

New Zealand ġiet imfaħħra ħafna għar-rispons tagħha għall-pandemija. Il-pajjiż, b’popolazzjoni ta’ ħames miljun, irreġistra 1,927 każ ikkonfermat u 25 mewt matul il-pandemija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com