Nhar Is-Sibt Simone Vella Ser Titkellem Dwar It-Telfa Ta’ Bintha Chanelle

 Nhar Is-Sibt Simone Vella Ser Titkellem Dwar It-Telfa Ta’ Bintha Chanelle
Nhar is-Sibt li ġej Sibtek għal darb’oħra bi spettaklu ta’ mużika u logħob mat-telespettaturi. Ma jonqsux ukoll l-istejjer reali ta’ ħafna nies fosthom ic-chef Neil Darmanin li se jitkellem fuq esperjenza li għadda minnha. Simone Vella ser tiftaħ qalbha fuq it-telfa tat-tifla tagħha Chanelle, filwaqt li Maria se titkellem fuq l-bullying u l-esperjenza tagħha rigward is-saħħa mentali. Tessie se titkellem dwar kif kellha trabbi t-tfal waħedha, u Ernest Camilleri jirrakonta bosta praspar li għadda minnhom.
Sibtek ta’ nhar is-Sibt huwa mimli stejjer emozzjonali u oħrajn ta’ umoriżmu. Programm li se jwassal kuraġġ u pożittività. Titilfux!
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com