Nifs Ġdid Fil-Klabb Tar-Regatta Tal-Birgu
Għaddejja ġmiela l-ħidma tal-klabb tar-regatta tal-Birgu bl-għan li jitjiebu l-prestazzjonijiet waqt ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien kif ukoll dik tal-Vitorja.
Wara r-regatta ta’ Settembru li għadda, grupp ta’ żgħażagħ flimkien ma’ oħrajn ta’ esperjenza k-kontestaw l-elezzjoni għal ħatra ta’ kumitat ġdid fit-tentattiv li jingħata nifs u bidla meħtieġa fil-klabb tal-Birgu. Fl-stess xahar inġabru iktar minn 350 membru u xahar wara saret elezzjoni fejn ġie elett kumitat ġdid.
Il-ħidma tal-kumitat bdiet mill-ewwel fejn beda x-xogħol ta’ manutenzjoni kemm fuq d-dghajjes kif ukoll fil-maħżen li fih jinżammu l-opri tal-baħar.
Id-dagħjsa tal-Pass bl-isem ta’ Jinny it-tieħdet għand l-imgħallem Berry Cassar fejn dan, bl-għajnuna tal-maniġer tal-klabb Tony Cachia kif ukoll tal-volontiera, irranġa din l-opra. Fl-istess ħin kien għaddej xogħol fuq il-frejgatina Tyron il-flint u l-opra tal-midalji, Miss Vittoriosa.
Apparti il-manutenzjonijiet, il-klabb diga ik-kummisjona sett t’opri ġodda fejn bhalissa qed jinbena kajjik ġdid biex wara eżatt tibda tinbena dagħjsa tal-midalji.
Il-kumitat waqqaf ukoll akkademja bl-għajnuna ta’ fondi mogħtija mill-Fondazzjoni Kottonera fejn żgħażagħ vittorjożani ġew magħlma kif jaqdfu u ser jkunu qed jipparteċipaw f’kategroija B fir-regatta ta’ Marzu li ġej. Il-klabb irnexxilu jakkwista qaddiefa mid-distretti ta’ Bormla u anka tal-Isla f’dik li hija kategorija A. Dawn l-akkwisti ser jaqdfu fit-tiġrija tal-midalji kif ukoll fit-tigrija tal-pass b’erba imqadef. Il-klabb tal-Birgu ser jkun qed jipparteċipa fit-tiġrijiet l-oħra wkoll.
Il-Kumitat tal-Birgu, immexxi mill-President Disma Attard, beda ukoll taħdidiet mal-awtoritajiet biex jibda l-iżvillup tal-maħżen tar-regatta li tant huwa mixtieq mill-vittorjożani kollha.
Ritratt: Klabb Regatta Birgu