Omm Arrestata Wara Serqa Ma’ Binha Ta’ 13-Il Sena Fuq 3 Anzjani F’San Pawl Il-Baħar

 Omm Arrestata Wara Serqa Ma’ Binha Ta’ 13-Il Sena Fuq 3 Anzjani F’San Pawl Il-Baħar

Mara ta’ 45 sena ġiet arrestata ftit ħin biss wara li allegatament wettqet serqa fuq tliet anzjani, flimkien mat-tifel tagħha ta’ 13-il sena.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta ntalbet l-assistenza tal-Pulizija wara rapport li kienet qiegħda ssir serqa f’residenza fi Triq Sir Luigi Preziosi, San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distret tal-Qawra, fejn mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li mara, li magħha kien hemm tifel minorenni, ħabtet il-bieb tad-dar u bdiet tittallab għal flus.

Waħda mit-tliet anjazni li kien hemm fir-residenza, fetħet il-bieb u daħlet ġewwa biex iġib xi flus, imma l-mara daħħlet warajha, ħatfet ammont ta’ flus li kien hemm fuq il-mejda, u flimkien mat-tifel ħarbu jiġru.

Il-Pulizija tar-Rapid Intervnetion Unit (RIU) bdew mill-ewwel bit-tfittxija għalihom u nofs siegħa wara nnutaw żewġ persuni li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li taw il-vittmi. Il-mara u t-tifel twaqqfu fi Triq l-10 ta’ Frar, San Pawl il-Baħar, saret tfittxija fuqhom u fuq it-tifel instabu l-flus misruqa.

Il-mara ġiet arrestata u mistennija titressaq il-Qorti mill-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tarReati Maġġuri llum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs (1030hrs), quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia .

Il-Pulizija, bl-assistenza tal-Aġenzija Appoġġ, ħadet lit-tifel għand xi qraba.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com