Organizzata L-Ewwel Attivita tal-BMX Malta

 Organizzata L-Ewwel Attivita tal-BMX Malta

L-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta organizzat l-ewwel attivita’ sportiva fl-indoor skate park f’Pembroke fejn saru żewġ kompetizzjonijiet fuq żewġ rawnds, dik tal-Kbar kif ukoll waħda għażŻgħar.

Fi Grupp A, din il-kompetizzjoni miftuħa għal sewwieqa Kbar, intrebħet minn Francesco Fenech Conti. Mathias Mangion ikklassifika it-tieni, filwaqt li fit-tielet post spiċċa Gianni Delia.

Grupp B, riservat għal atleti żgħar, intrebaħ minn Chalane Catania. It-tieni spiċċa Fabio Piccione, filwaqt li Joshua Agius ikklassifika fit-tielet pożizjoni.

Wara l-avveniment, saret il-premjazjoni lir-rebbieħa, minn John Zammit u Daniel Borg Olivier, President u Teżorier rispettivament tal-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta, filwaqt li ngħatat tifkira lil parteċipanti kollha.

 

Ritratt: BMX Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com